Lokali

Lawrence Cutajar qed jitħallas aktar minn €30,000 f’konsulenza mal-Gvern

L-eks Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar, qed jitħallas aktar minn €30,000 bħala konsulent tal-Ministru Byron Camilleri fi ħdan il-Ministeru għall-Intern.

Dan żvelah id-Deputat Parlamentari Nazzjonalista Karol Aquilina fejn fuq il-midja soċjali ppublika l-kuntratt tal-eks kummissarju. Huwa sostna li dan huwa l-prezz li l-poplu Għawdxi u Malti qed iħallas mit-taxxi tiegħu “sabiex l-eks Prim Ministru Joseph Muscat u l-Prim Ministru Robert Abela jżommu lil Lawrence Cutajr taħt il-kontroll tagħhom”.

https://www.facebook.com/aquilinakarol/posts/2796441430404204?xts%5B0%5D=68.ARDXhP1fTo-_tI6VW42UIbku5X9DKpWguqMm_zkGXmQ9p0vE4S2GQstRwPebOSsmKhh9ReYW63lND9lPMWFDWvN-SstM4hm-878Ba3LDyOIeZUC4o0LrmP0eLmeaFA96nEa0tjPHsVUxmjFu3vA5gxTKMh2UKRbDymmp7BUBllCNIRFwD4RrG1KbQL16JxxXC8-0f41v1QccDEswfvjeskw9of2zC9DhCJVYB_hPXDsJSyIQGlArxnWUJpUVYOz91rzC0ycVf1hOrudCnhHJ8WEPo4PEV_biwfSV5NYen5M_MlBg6bX_Y8f3jb2yQK70NA27zu8D1g1Y0tw0Q0lcDBf18A&tn=-R

Huwa kien il-ħames Kummissarju tal-Pulizija fi 3 snin taħt Gvern Laburista mmexxi minn Joseph Muscat. Taħt it-tmexxija ta’ Lawrence Cutajar, ir-reputazzjoni investigattiva tal-Korp spiċċat taħt dell ikrah b’rabta mal-każijiet tal-Bank Pilatus, il-Panama Papers, u l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.

Huwa ta r-reżenja tiegħu fis-17 ta’ Jannar, 2020, erba’ t’ijiem wara li Robert Abela nħatar bħala s-suċċessur ta’ Joseph Muscat. Ftit tal-jiem wara, inkixef l-iskandlu fi ħdan is-sezzjoni tat-traffiku tal-Korp tal-Pulizija, skandlu li kien qed jitwettaq waqt li Cutajar kellu f’idejh it-tmun tal-Korp.

S’issa, wara kważi ħames xhur, il-Korp tal-Pulizija għadu qed jopera mingħajr Kummissarju.