Lokali Parlament

Patt biex il-Kummissarju tal-Pulizija l-ġdid ma jinvestigax lil Konrad Mizzi

Jason Azzopardi PN

Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi sostna fil-parlament li hemm patt biex il-Kummissarju tal-Pulizija l-ġdid ma jinvestigax lil Konrad Mizzi

Jason Azzopardi qal li Konrad Mizzi ilu maħrub mit-13 ta’ Marzu 2020; flok dan qed jiġi investigat u arrestat fuq ħasil tal-flus u korruzzjoni dan qed jaħmi pjan ma’ Robert Abela biex jingħata garanzija li l-Kummissarju tal-Pulizija l-ġdid ma jarrestahx. Għalhekk il-Kummissarju qed jingħata sena probation.

L-ex ministru Konrad Mizzi ilu maħrub minn Malta

Konrad Mizzi wettaq korruzzjoni kemm f’Malta kif ukoll fil-Montenegro ma’ tliet persuni oħra. Din hi korruzzjoni ta’ miljuni kbar.

Jason Azzopardi semma’ ż-żjarat li Konrad Mizzi għamel fil-Montenegro fejn dwarhom il-gvern issa qed iwieġeb biss li l-programm uffiċjali ma jistax jitpoġġa fuq il-mejda tal-kamra għaliex is-safar kollu kien relatat ma’ xogħol ministerjali fl-enerġija.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li fi tliet okkażjonijiet fl-2015 Konrad Mizzi kellu miegħu lill-Avukat Aaron Mifsud Bonnici bħala konsulent; liema avukat hu l-avukat personali tiegħu. Dan seħħ f’Ġunju, f’Ottubru u f’Novembru 2015 fl-aktar pajjiż korrott fl-Ewropa.

Jason Azzopardi qal li f’Awissu 2014 daħlet il-liġi biex l-Att dwar l-Enemalta jkun emendat fejn l-assi, id-drittijiet u l-obbligi tal-Enemalta kienu tarsferiti lill-Enemalta plc. Fl-istess xahar Konrad Mizzi ngħata l-poter ineħħi kull kundizzjoni restrittiva li kien hemm imposta fuq l-Enemalta biex tiġi tarsferita l-projetà tal-Enemalta.

F’Awissu 2014 id-D3 Power Generation Ltd xtrat il-power station u f’Settembru 2014 Konrad Mizzi mar il-Montenegro fejn dam jumejn. Hu biddel żewġ lukandi li huma siegħa bogħod minn xulxin. Fl-aħħar jum il-Ministru Konrad Mizzi kera karozza mingħand l-Avis għal ġurnata.

F’Ottubu 2014 reġa’ mar jumejn oħra l-Montenegro u reġa’ qagħad f’żewġ lukandi, siegħa u kwart bogħod minn xulxin. Fi Frar 2015 reġa’ mar il-Montenegro għal jumejn oħra.

F’Ġunju 2015 Konrad Mizzi reġa’ mar il-Montenegro u uża l-credit card ministerjali għal erbat ijiem. Meta ġie lura mill-Montenegro Konrad Mizzi l-Konrad Mizzi ffirma d-declaration funds għal sorsi ta’ fondi u f’Lulju reġa’ mar il-Montenegro u dam ġurnata fejn kien alloġġjat f’lukanda f’lokal u ġurnata oħra f’lukanda oħra siegħa bogħod minn xulxin.

F’Lulju 2015 il-Gas Oil trasferit l-assi lill-Gem, Socar u Siemens. Fis-27 ta’ Ottubru 2015 kien iffirmat ftehim ta’ trasferiment ta’ kirja ta’ art fil-Montenegro u l-bini ta’ wind power plant; kostruzzjoni korrotta. F’Novembru 2015 kien iffirmat ftehim bejn Malta u l-Montenegro fejn l-Enemalta għamlet garanizja ta’ €1.5 miljun; liema ftehim għadu mhux ippubblikat.

F’Novembru 2015 Konrad Mizzi mar il-Montenegro iżda uża l-credit card personali biex imur erbat ijiem u jiċċekkja l-credit card tiegħu jekk hemmx flus fiha u jagħmel transazzjoni ta’ ċenteżmu. Dan ifisser li ntefqu flus kontanti biss f’lukandi 5 star. Għaliex dan sar? Jumejn qabel kien iffirmat il-ftehim bejn Malta u l-Montenegro.

F’Diċembru 2015 inbgħatat email lil Karl Cini bil-kliem ‘Go ahead and start the opening of the accounts for those two Panama companies‘. F’Novembru li għadda Joseph Muscat u Keith Schembri żaru l-Montenegro.

Robert Abela jrid iwieġeb għaliex qed jgħatti lil Konrad Mizzi dwar il-patt imxajtan biex Konrad Mizzi jibqa’ barra sakemm jingħata garanzija li l-Kummissarju li se jinħatar jingħoġob. Jekk ma jagħmilx dan, il-Kummissarju tal-Pulizija jitkeċċa. Hu appella biex il-Gvern jippubblika l-ftehim ta’ Novembru 2015 għaliex minnu jkunu żvelati ħafna affarijiet.