Vot qawwi fil-Lega biex ikompli l-istaġun 2019/20
B’maġġoranza assoluta, waqt assemblea tal-Lega tal-Kampjonat Serie A Taljan, ġie propost li l-istaġun 2019/20 ikompli bid-data tkun dik tat-13 ta’ Ġunju.
Dan kollu wara li l-Ministru għall-Isport Taljan, Vincenzo Spadafora, ta l-permess biex it-timijiet jibdew sessjonijiet ta’ taħriġ mit-18 ta’ Mejju.
Dan fid-dawl ukoll li fil-jiem li ġejjin il-Gvern Taljan, flimkien mad-diversi timijiet, irid isib soluzzjoni dwar il-modalità tal-logħob u ankè jekk jinstab plejer ieħor pożittiv.
Il-proposta tinkludi wkoll li jkun hemm partita kull tlieta jew erba’ t’ijiem bil-konklużjoni tal-kampjonat tasal fit-2 ta’ Awwissu. Dan filwaqt li s-semi finali tal-Coppa Italia qed tiġi proposta li jintlgħabu fl-1 ta’ Lulju u l-finali fit-22 ta’ Lulju.
