Futbol Sport

#stayhomereplay illejla fid-9.00pm fuq il-paġna ta’ Replay | Mistiedna Keith Perry u Andre Schembri

Illejla l-Erbgħa, fid-9.00pm, imiss appuntament ieħor mal-programm awdjo-viżiv ta’ Replay u li qed jixxandar esklussivament fuq Facebook, #stayhomereplay fuq il-paġna tal-programm popolari ta’ Net Television. Il-mistiedna tal-lejla ta’ Christian Micallef, se jkunu l-President ta’ Sliema Wanderers, Keith Perry u l-eks plejer internazzjonali Malti u ta’ diversi klabbs barranin, Andre Schembri. Dan tal-aħħar għadu kemm irtira mill-futbol milgħub wara li kellu l-aħħar esperjenza fis-Super League tal-Indja u preżentament qed jgħix f’Ċipru.

Ma’ Perry u Schembri, Micallef se jkompli jiddiskuti l-attwalitá tal-futbol Malti, hekk kif nhar it-Tnejn li ġej, l-MFA mistennija tħabbar id-deċizjoni tagħha jekk il-Kampjonat Premier 2019/20, huwiex se jitkompla jew le wara li llu wieqaf għal dawn l-aħħar għaxar ġimgħat minħabba l-imxija tal-COVID-19.

Minn din il-ġimgħa, #stayhomereplay biddel l-iskeda ta’ xandir tiegħu, u qed jitwassal permezz ta’ edizzjoni Premiere fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Replay, kull nhar ta’ Erbgħa, fid-9pm. L-aġenzija Replay, li tipproduċi l-programmi kollha ta’ Replay fuq Net Television u tirraporta aħbarijiet dwar il-futbol Malti fuq il-paġna tal-programm fuq Facebook, se tkompli ssegwi l-aħħar żviluppi ta’ dak li qed iseħħ fix-xena tal-futbol lokali, u f’dawn il-jiem fejn mistenni jkun hemm numru ta’ deċiżjonijiet importanti, taf ixxandar programmi speċjali fuq Facebook barra mill-iskeda, bl-għan li l-pubbliku sportiv jinżamm infurmat.

#stayhomereplay tal-lejla l-Erbgħa, jixxandar fid-9.00pm fuq Facebook u tistgħu ssegwuh b’mod dirett permezz ta’ dan il-link t’hawn taħt: