Hu maħsub li s-settur tat-turiżmu se jdum bejn sentejn u ħames snin sabiex jerġa’ jilħaqq il-livelli tal-2019. Dan ħareġ minn stħarriġ magħmul mid-ditta EY fost operaturi tat-turiżmu f’Malta.
Kważi l-operaturi kollha huma tal-fehma li l-2020 se tkun sena ta’ telf sostanzjali u hemm riskju serju li l-kriżi tkompli anki tul l-2021.
L-operaturi għandhom tħassib serju li l-irkupru se jkun wieħed kajman u diffikultuż. Sitwazzjoni li hemm biża li tippersisti minħabba l-inċertezza dwar diversi fatturi fosthom kemm se ddum il-pandemija, meta se jkun hawn tilqima, u bidla fid-drawwiet tal-konsumaturi.
L-istħarriġ juri wkoll kif l-operaturi kollha huma tal-fehma li Malta għandha tieħu dan iż-żmien biex teżamina l-prodott turistiku. Il-ħsieb strateġiku irid jinbidel fir-realta ġdida tal-Covid-19 li tista’ tfisser tibdil permanenti fid-dinja tat-turiżmu u l-ivvjaġġar.
Ir-rapport sħiħ jista’ jiġi aċċessat hawn
//= $special ?>