Lokali

X’inhuma t-termini ta’ referenza għall-inkjesta?

Ritratt Yorgen Fenech: Times of Malta

L-inkjesta mħabbra mill-Ministru għall-Ġustizzja dwar l-avukat li mill-Uffiċċju tal-Avukat Generali mar jiddefendi lil Yorgen Fenech tħabbret bla ebda termini ta’ referenza li kienu ppubblikati.
Fi stqarrija, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Ġustizzja Jason Azzopardi qal li f’dan l-istadju u bla preġudizzju għal dak li l-Oppożizzjoni qed tirriserva li tghid iktar ‘il quddiem, l-Oppożizzjoni qed issejjaħ lill-Ministru tal-Ġustizzja Edward Zammit Lewis sabiex jippubblika x’inhu eżattament dak li qed jintalab li l-inkjesta tinvestiga.

L-Oppożizzjoni tistaqsi wkoll jekk jeżistux termini ta’ riferenza u jekk iva, għaliex ma ġewx ippubblikati.