Waqt il-bulettin mediku tal-lum, il-Professur Charmaine Gauci, Suprintendent tas-Saħħa Pubblika ħabbret li fl-aħħar 24 siegħa l-każi ta’ COVID-19 f’pajjiżna żdiedu b’14; l-akbar żieda ta’ każijiet fl-aħħar 34 jum.
Sebgħa minn dawn il-każi ġodda huma trażmissjonijiet fil-komunita’. Is-sebgħa l-oħra huma persuni li mardu bil-Coronavirus mill-isptarijiet; 5 ħaddiema u tnejn pazjenti.
It-total ta’ każi f’Malta issa hu ta’ 522, bil-każijiet attivi issa jitilgħu għal 73. Dan wara li 7 persuni oħra fiequ mill-Coronavirus, biex b’hekk it-total ta’ persuni li fiequ hu ta’ 443.
Dawn iċ-ċifri l-ġodda juru li fl-għaxar ġimgħa ta’ emerġenza medika, il-każi żdiedu bi 33.
Il-Professur Gauci appellat biex il-pubbliku jkompli jimxi mal-appelli tal-awtoritajiet u josserva r-restrizzjonijiet imposti bħalissa.
//= $special ?>