14 TA’ MEJJU 2006
Birkirkara ġew inkurunati champions tal-futbol Malti għat-tieni darba fl-istorja tagħhom. Iżda jekk fis-sena 2000 kisbu rebħa kbira kontra Valletta, dakinhar kienu megħluba 2-1 minn Sliema Wanderers. Il-partitarji Karkariżi telgħu bi ħġarhom lejn Ta’ Qali b’folla numeruża tistenna l-mument li Birkirkara ngħataw it-trofew.
L-Istripes taħt it-tmexxija ta’ Stephen Azzopardi kienu ilhom 15-il logħba mingħajr telfa. Ir-rebħa ta’ Sliema aċċertathom minn post fit-Tazza UEFA. Azzopardi ma setax juża l-aħjar skwadra b’diversi plejers assenti fosthom l-aqwa skorer tal-kampjonat Michael Galea.
Sliema fetħu l-iskor wara 11-il minuta meta minn free-kick tal-eks Joe Brincat, id-difensur Karkariż Lino Galea pprova jbiegħed il-periklu iżda spiċċa biex għeleb lill-gowlkiper tiegħu stess. Is-Slimiżi rduppjaw fl-34 minuta b’DANILO DONCIC jieħu vantaġġ minn żball ta’ William Camenzuli biex qabeż lil David Simon u xeħet fix-xibka.
Birkirkara naqqsu d-distakk fit-43 minuta b’passaġġ ta’ Roderick Sammut lejn JEAN PIERRE MIFSUD TRIGANZA li għeleb lil Murphy Akanji. Il-preżentazzjoni tat-trofew saret mill-President tal-MFA Joe Mifsud lill-captain ta’ Birkirkara Michael Galea, fil-preżenza tal-President ta’ Malta ta’ dak iż-żmien Eddie Fenech Adami.
//= $special ?>