14 TA’ MEJJU 1989
Ħamrun Spartans rebħu l-FA Trophy għat-tielet staġun konsekuttiv meta fil-finali għelbu lil Floriana 1-0, f’dik li kienet ripetizzjoni tal-finali tal-istaġun ta’ qabel. Il-logħba kienet missielta iżda bi ftit azzjonijiet. F’rapport fil-ġurnal In-Nazzjon tal-għada, ir-rebħa ġiet deskritta minn Ħamrun bħala meritata iżda Floriana ma ċedew qatt u kellhom mumenti sfortunati. Il-partitarji taż-żewġ naħat kienu eżemplari b’imġiba tajba li tat l-appoġġ lit-tim favorit tagħhom.
Il-gowl li ddeċieda l-konfront wasal wara kwarta meta Michael Degiorgio ġera fuq in-naħa xellugija u bi kross perfett li forsi nganna lil David Cluett, ġab lil Leo Refalo waħdu. Tal-aħħar xeħet għan-nofs bir-ras lejn JESMOND PACE li b’titjira sabiħa b’daqqa ta’ ras xeħet fix-xibka.
Wara l-partita, il-President tal-MFA George Abela flimkien mal-General Manager ta’ Central Cigarettes ippreżenta Victor Scicluna ppreżentaw lill-captain ta’ Ħamrun Spartans Michael Degiorgio. B’din ir-rebħa, Ħamrun ikkwalifikaw biex jilagħbu fit-Tazza tat-Tazzi.
//= $special ?>