Lokali

Bosta jsellmu l-memorja ta’ Julia li tilfet ħajjitha f’Tas Sliema

Jumejn wara traġedja li ħasdet lil ħafna, kienu bosta dawk li sellmu l-memorja ta’ Julia, tfajla Taljana ta’ 15-il sena li tilfet ħajjitha wara li waqgħet minn gallarijia f’Fort Cambridge, Tigne, f’Tas Sliema.

Julia kienet tgħix San Ġwann u tilfet ħajjitha traġikament meta waqgħet minn gallarija fir-raba’ sular hekk kif kienet għand ħabiba tagħha.

L-inċident seħħ it-Tlieta għall-ħabta tad-9pm fejn Julia ġiet iċċertifikata mejta fil-post mit-tabib tal-emerġenza.

Julia li kienet ilha snin tgħix Malta ħalliet jibku t-telfa tagħha lil ħafna fosthom lil kuġin tagħha Manuel u oħtha Francesca.

S’issa, għadu mhux magħruf x’wassal għal dan l-inċident, u  l-pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijet biex jistabbilixxu x’gara eżatt it-Tlieta filgħaxija f’din il-blokka ta’ appartamenti.

Dwar il-każ infetħet inkjesta mill-maġistrat tal-Għassa Audrey Demicoli li qed tkun mgħejjuna minn diversi esperti.