Deskritt bħala tabib metikoluż immens… bniedem b’ideat brillanti, illi għex għax-xejnza… missier eżemplari li dejjem stinka għall-familja tiegħu li tant kien iħobb. Il-kirurgu Aaron Casha.
Emozzjonata, Marylin, il-mara tal-Professur Casha, titkellem b’passjoni kbira dwar it-tifkiriet ta’ żewġħa. Tistqarr li l-isbaħ mument ta’ ħajjithom kien it-twelid taż-żewġt itfal tagħhom.

Marylin tispjegalna kif dawn l-ahhar xhur kienu devastanti ghalihom. Madwar sena ilu Aaron Casha sofra attakk tal-qalb bil-konsegwenza li spicca bi ħsara irreparabbli fil-moħħ.
Il-Professur Casha baqa’ jiġġieled sal-aħħar. Marylin tispjegalna kif kien ikun hemm mumenti fejn kien jikkomunika mal-familja tiegħu bl-espressjonijiet fuq wiċċu u movimenti żgħar. .
Tgħidilna li l-valur ta’ bniedem trid tibqa’ tgħożżu anke meta persuna timrad.
L-ewwel ħaġa li għaddiet minn moħħha meta saret taf li Aaron qabdu l-Covid, kienet li se jmut.
B’dispjaċir kbir, fl-aħħar minuti ta’ ħajtu, Maryiln u ż-żewġt itfal ma setgħux ikunu miegħu.

L-Erbgħa il-Professur Casha ngħata l-aħħar tislima, fejn kemm martu kif ukoll iż-żewġ uliedu ma setgħux ikunu preżenti ghall-funeral….minħabba li jinsabu fi kwarantina. B’emozzjoni, Marylin tistqarr li issa ġewwa fiha tħoss sens ta’ paċi għax taf illi baqgħet tissapportja lir-raġel tagħha sal-aħħar nifs ta’ ħajtu.
