Wara 7 snin jirritornaw il-BMAs
Lejla speċjali għal dawk li għandhom il-mużika lokali għal qalbhom hekk kif illejla, 14 ta’ Mejju jirritornaw il-Bay Music Awards wara nuqqas ta’ 7 snin.
Bit-tema Isolation Edition, f’din l-edizzjoni mistennija jipparteċipaw; Destiny, Emma Muscat, Ira Losco, The Travellers u Red Electrick – ilkoll jagħtu spettaklu fuq il-midja soċjali minn ġewwa djarhom. Dan filwaqt li mistennija jingħaqdu magħhom ukoll numru ta’ personalitajiet u ‘influencers‘ lokali.
Dan filwaqt li mistennija jingħataw 8 premjijiet grazzi għall-voti tal-pubbliku għal fost oħrajn Best Male, Best Female, Best Group, Best Newcomer.
Kollox mistenni jingħata bidu fis-6.30 tal-lejla bi trażmissjoni diretta fuq Facebook.