Internazzjonali

Covid-19: L-Italja tirrapporta 262 mewta — u kważi elf każi ġodda — f’24 siegħa

L-Italja kkonfermat li mietu 262 persuni oħra mill-coronavirus f’24 siegħa — biċ-ċifra tal-mewt tkun l-ogħla għal ġurnata waħda f’dan il-pajjiż mis-7 ta’ Mejju.

Intant, fl-Italja kien hemm anki 992 każ ġdid ta’ infezzjoni mill-Covid-19 għall-istess perjodu.

L-Italja s’issa għandha ‘il fuq minn 31,300 mejtin mill-coronavirus — it-tielet l-ogħla ċifra fid-dinja wara l-Istati Uniti u r-Renju Unit.

Il-pajjiż beda jnaqqas ir-restrizzjonijiet tal-lockdown fl-4 ta’ Mejju, bin-nies, issa, qed jitħallew iżuru lill-qraba ( fi gruppi żgħar) u meta qed jinfetħu mill-ġdid il-parks, il-fabbriki u s-siti għal proġetti ta’ kostruzzjoni.