Il-Union of Professional Educators – Voice of the Workers permezz ta’ stqarrija qalet li tinsab sorpriża li l-għalliema tħallew barra mit-think tank tal-edukazzjoni li tħabbar ilbieraħ.
Huma qalu li l-Gvern qed jipprepara l-futur tal-edukazzjoni u għandu jkollu diskussjoni ma’ dawk kollha li huma kruċjali f’dan is-settur, speċjalment mal-għalliema.
Think Tank fantażma – UPE
L-istqarrija qalet li kif tista’ ssir diskussjoni tajba meta l-partijiet ewlenin lanqas biss ġew imsejħa madwar il-mejda, meta l-edukaturi, fuq kwistjoni ta’ edukazzjoni tħallew barra.
L-UPE għalqet billi qalet li għadha qed tistenna xi forma ta’ komunikazzjoni mill-Ministeru dwar dan.
//= $special ?>