Futbol Sport

Harry Kane se jisponsorizza l-flokkijiet ta’ Leyton Orient

(Ritratt: Skysports.com)

L-attakkant internazzjonali Ingliż u ta’ Tottenham Hotspur, Harry Kane laħaq ftehim biex mill-istaġun li ġej jissponsorizza l-flokkijiet tat-tim ta’ League Two Leyton Orient.

Ir-riklam fuq il-flokk li biegħ jilagħbu meta jkunu ‘home’ se jkun qiegħed jirringrazzja lil ħaddiema kollha tal-NHS, bir-riklam fuq il-flokkijiet ‘away’ se jkunu mogħtija lil għaqda li tgħin lit-tfal u dik li tgħin nies bi problemi mentali. Kemm Harry Kane kif ukoll Leyton Orient ħabbru s-sodissfazzjon tagħhom wara dan il-ftehim. Dan kien permess wara li ġie approvat mill-Premier League, l-FA u l-EFL.

Harry Kane għamel d-debutt professjonali tiegħu ma’ Leyton Orient fl-2011 fejn kien magħhom b’self. Fil-preżent il-captain Ingliż jinsab jirkupra minn injury fil-hamstring, b’ Kane jittama li jkun disponibbli għal José Mourinho la darba jitkompla l-kampjonat.