Uffiċjali fl-Istati Uniti qed jgħidu li gruppi tal-hackers li allegatament għandhom il-konnessjonijiet maċ-Ċina qegħdin jippruvaw jisirqu data mir-riċerka tal-organizzazzjonijiet dwar il-pandemija tal-Covid-19.
L-FBI Amerikana qalet li rat attentati ta’ hacking fil-konfront ta’ gruppi fl-Istati Uniti li għaddejjin bl-istudju għal vaċċin effettiv kontra l-virus. Il-hackers, allegatament, kienu qed jippruvaw jieħdu anki informazzjoni dwar trattamenti u mezzi għat-testijiet tal-każi.
L-Istati Uniti ilha takkuża lill-Gvern Ċiniż dwar spjunaġġ fuq livell ċibernetiku, bl-intenzjoni ta’ Beijing ‘tinvolvi serq ta’ informazzjoni li jkun sfruttat fl-interessi tagħha’. Il-Gvern komunista Ċiniż qed jiċħad għall-akkużi.
It-tensjoni bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina qalbet għall-agħar f’dan iż-żmien tal-coronavirus, biż-żewġ pajjiżi qed jakkużaw lil xulxin rigward ‘fallimenti fl-isforzi lejn il-kontroll tal-pandemija’.
Intant, il-Federal Bureau of Investigation and Cybersecurity and Infrastructure Security Agency (Cisa) – li hi taqsima tad-dipartiment għas-sigurtà intern (fl-Istati Uniti) – wissiet li ‘is-setturi tas-saħħa, flimkien mas-setturi farmaċewtiċi u għal riċerka li qed jaħdmu fuq reazzjoni għall-Covid-19, iridu jkunu konxji li saru mira ewlenija għall-hackers’.
//= $special ?>