Il-klabb tas-Serie A Sampdoria ħabbru li l-plejers li l-ġimgħa l-oħra rriżultaw pożittivi għall-coronavirus, issa jidher li fiequ u fl-aħħar testijiet li sarulhom dawn ħarġu kollha negattivi. Il-plejers ta’ Sampdoria kienu fost grupp ta’ ħdax – il plejer li l-ġimgħa l-oħra rriżultaw pożittivi.
Mal-erbgħa ta’ Sampdoria ħarġu sitt plejers ta’ Fiorentina u plejer ta’ Torino li kienu rriżultaw pożittivi. Is-Serie A kien sospiż fid-9 ta’ Marzu li għadda minħabba l-pandemija tal-coronavirus u minn nhar it-Tnejn it-timijiet jistgħu jirritornaw f’taħriġ bħala grupp wara li fl-aħħar ġranet il-plejers setgħu biss jitħarrġu fuq bażi personali.
//= $special ?>