Coronavirus Rugby Sport

Il-fażi finali tal-kompetizzjonijiet Ewropej tar-Rugby jistgħu jsiru f’Ottubru

(Ritratt: Steemit.com)

Il-fażi finali tal-kompetizzjonijiet Ewropej tar-Rugby jistgħu jsiru f’Ottubru Il-fażi finali tal-kompetizzjonijiet Ewropej tar-Rugby jistgħu jsiru f’Ottubru f’format ġdid. Dawn il-kompetizzjonijiet mistennija jitkomplew bejn is-16 u s-17 ta’ Ottubru bil-format il-ġdid se jinkludi 24 tim fiċ-Champions League minflok 20.

L-EPCR qalet li qed tagħmel minn kollox biex il-kompetizzjonijiet Ewropej kollha tar-Rugby jiġu fi tmiemhom wara li twaqqfu minħabba l-pandemija tal-coronavirus. It-tkomplija ta’ dawn il-kompetizzjonijiet tiddependi mill-pariri tal-awtoritajiet tas-saħħa u se tkun sigura s-saħħa tal-plejers u dawk kollha nvoluti.