Il-Premier League ħabbret li dawk il-plejers li l-kuntratt tagħhom se jintemm fit-30 ta’ Ġunju, il-klabbs se jkollhom il-possibilita’ li joffrulhom kuntratt għal perjodu qasir. Dan qed iseħħ fit-tentattiv biex f’Ġunju jkun jista’ jitkompla l-Premier League b’bibien magħluqa. Fi stqarrija l-Premier League qalet li laħqet ftehim ma’ dawk kollha nvoluti biex ikun qbil mal-plejers biex il-kuntratt tagħhom jkun mġedded wara t-30 ta’ Ġunju.
Iċ-Chief Executive tal-Premier League qal li dan il-pass min naħa tal-Premier League qed isir biex kemm jista’ jkun it-timijiet kollha jtemmu l-kampjonat bl-istess skwadra li huma bdew. Il-klabbs għandhom ċans sat-23 ta’ Ġunju biex jilħqu ftehim mal-plejers dwar l-estensjoni tal-kuntratt tagħhom.
//= $special ?>

