Lokali

Il-Ministru Roderick Galdes jaħsel idejh minn Borg u Schembri

Adrian Delia qed jitlob lill-Awditur Ġenerali biex imexxi bl-investigazzjoni tiegħu

“Naqbel mal-istandards – Jien nitkellem għalija”

Joħroġ fil-beraħ id-diżgwid fis-6 distrett qalb id-deputati Laburisti. Dan wara li l-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes ħasel idejh u abbanduna għal kollox lill-Ministri involuti fil-kwistjoni tal-allegat serq minn fondi pubbliċi.

Meta mistoqsi minn Net News jekk jaħsibx li huwa aġir inġust li membri parlamentari li joħorġu fuq l-istess distrett tiegħu… il-Ministru Ian Borg u l-Ministru Silvio Schembri…. jagħmlu użu minn fondi pubbliċi għal skopijiet ta’ propoganda, Galdes kien ċar hafna fi kliemu.

Roderick Galdes insista li għandu l-evidenza biex juri li kull reklam li għamel hu ħallsu minn butu … u insista li kellem lit-tim tiegħu sabiex jieħu l-passi neċessarji ħalli jaderixxi mal-linji gwida proposti minn George Hyzler – dan għad-differenza tal-Ministri Schembri u Borg li mhux talli fallew milli jirrispondu lura lill-Kummissarju tal-Istandards sad-data tal- pubblikazzjoni tar-rapport, talli bilkemm ma jridux imeru lill-avukat Hyzler.

Il-Ministru Galdes  ma ddefendiex lil sħabu membri parlamentari laburisti, wara dak li George Hyzler sejjaħ aġir li ma jiddferenzjax bejn l-irwol tal-persuna pubblika u dik personali – propaganda b’fondi pubbliċi fuq il-midja soċjali li twassal għal gwadann politiku.