Lokali

Imut Elia – id-dulċier maħbub minn kulħadd

Il-Ħamrun imbikkem wara li kmieni dalgħodu tħabbret il-mewt ta’ Elia Borg Bonaci; dulċier maħbub min kulħadd.

Għalkemm Elia Borg Bonaci kien magħruf sew mal-Ħamruniżi, ir-rispett lejh kien rifless minn dawk kollha li xi darba jew oħra kellhom kuntatt miegħu jew żaru l-ħanut tal-familja tiegħu quddiem il-Knisja ta’ San Gejtanu.

Pawlu Borg Bonaci, in-neputi ta’ Elia, iddeksriva lil żijuh bħala missier ta’ familja li ħalla legat kbir warajh u li mhu se jkun minsi qatt. “Kont raġel u nannu eżemplari”, kiteb Pawlu Borg Bonaci.

In-neputija tiegħu Jeanette Pace f’post fuq Facebook qalet li l-ħanut fil-Ħamrun, li Elia qatta’ l-biċċa kbira ta’ ħajtu fih, żgur li mhux ser jibqa’ l-istess.

Bosta ddeskrivew lil Elia Borg Bonaci bħala raġel li kellu kuraġġ enormi u li baqa’ jiġġieled il-battalja sal-aħħar nifs ta’ ħajtu.