L-Assoċjazzjoni tal-Ġenituri ta’ Studenti fl-Iskejjel tal-Istat (MAPSSS) tagħmel referenza għat-tnedija tat-think tank li se jiffoka fuq il-futur tas-sistema edukattiva f’Malta.
MAPSSS temmen li, biex ikun hemm sistema edukattiva b’saħħitha li tadatta għall-isfidi kurrenti u futuri, kull min hu involut fl-edukazzjoni, inkluż il-ġenituri, għandhom jikkolabboraw biex jiddiskutu direzzjonijiet possibbli li s-sistema edukukattiva ta’ Malta tista’ tieħu fil-futur.
MAPSSS qalet li t-“think tank” m’għandux ikun magħmul biss minn esperti f’setturi partikolari iżda wkoll minn professjonisti li jaħdmu fl-iskejjel, u ġenituri kwalifikati li bħalissa jinsabu d-dar jieħdu ħsieb lil uliedhom minħabba r-restrizzjonijiet marbutin mal-COVID-19.
MAPSSS tinnota wkoll li l-viżjoni għas-sistema edukattiva tal-pajjiz diġa hija mfassla min-National Curriculum Framework (NCF) li hu bbażat fuq proċess ta’ konsultazzjoni estensiv u li dwaru hemm kunsens nazzjonali.
Fid-dawl tal-fatt li l-NCF għadu fl-istadju ta’ implimentazzjoni, MAPSSS tixtieq tkun taf it-termini ta’ referenza ta’ dan il-grupp ta’ ħidma l-ġdid. Il-viżjoni ta’ MAPSSS tmur lil hinn mid-dimensjoni utilitarja tal-edukazzjoni.
//= $special ?>