Il-Bank of Valletta jixtieq javża lill-klijenti tiegħu li nhar is-Sibt 16 ta’ Mejju 2020, ħames fergħat ġewwa Malta u Aġenzija f’Għawdex se jkunu miftuħa bejn id-9.00am u 12.30pm: Dawn huma l-Fgura, Ħamrun, Msida, Naxxar, Siġġiewi u Xewkija, Għawdex.
Il-klijenti huma mħeġġa biex jużaw il-mezzi elettroniċi tal-BOV. Il-klijenti jistgħu wkoll jinqdew billi jibagħtu email lil info@bov.com u jispeċifikaw it-tip ta’ servizz li jeħtieġu, in-numru tal-mowbajl, in-numru tal-Karta tal-Identità u l-fergħa fejn normalment jinqdew. Inkella jistgħu jċemplu fuq +356 2275 3500 mit-Tnejn sal-Ġimgħa 8am sal-4pm.
Meta il-klijenti jżuru l-Bank, huma ġentilment imfakkra li għandhom:
jużaw is-saniters provduti kemm fid-dħul u fil-ħruġ mill-Fergħa
ineħħu b’mod temporanju l-maskra meta jidħlu fil-fergħa u meta l-uffiċjal tal-Bank jeħtieġ jivverifika identità tal-klijent.
Din il-proċedura ma tapplikax għall-klijenti li jilbsu visor trasparenti.
iżommu d-distanza soċjali ta’ żewġ metri anke meta jkunu qedgħin jistennew fil-kju
Aktar informazzjoni u aġġornamenti tal-BOV fuq COVID-19 jistgħu jinstabu fuq https://bov.com/content/covid-19-bov-updates.
//= $special ?>