Lokali

Nefqa ta’ mill-inqas €1.2 miljun minn fondi pubbliċi

Wara li l-Ħamis li għadda ħareġ ir-rapport tal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika li kixef kif erba’ Ministri: Silvio Schembri, Aaron Farrugia, Ian Borg u Edward Scicluna għamlu użu ħażin mill-fondi pubbliċi, id-diskussjoni dwar dan issoktat anki fuq Net Live, bil-Kap Ezekuttiv ta’ LovinMalta, Chris Peregin, jagħti dettalji tal-flus li possibilment intefqu.

Tul l-intervista Peregin qal li ġejna f’sitwazzjoni fejn il-qarrejja qed ikunu żgwidati.

Chris Peregin spjega għaliex l-aġenzija li jmexxi hu talbet din l-informazzjoni, u għaliex intalbet li ssir l-investigazzjoni mill-Kummissarju Hyzler.

Huwa insista illi jeħtieġ li din l-informazzjoni tibqa’ tiġi segwita.

Fl-aħħar jiem il-Kap tal-PN Adrian Delia qal li l-Ministri għandhom iżommu l-irwoli tagħhom ta’ membri parlamentari u membri ta’ partit politiku totalment separati filwaqt li talab ukoll  biex il-Pulizija tinvestiga dan l-abbuż ta’ fondi pubbliċi mingħajr dewmien.

It-Tnejn li għadda fil-Parlament, il-Ministri tal-Gvern baqgħu totalment siekta dwar dan l-iskandlu, bil-Kap tal-PN jinsisti li l-membri tal-Kabinett iridu jroddu lura l-flus li serqu.