Traffikant suspettat tad-droga kien is-suġġett ta’ operazzjoni ta’ sorveljanza li damet sejra xahrejn qabel ma l-forzi konġunti tal-Pulizija spiċċaw biex qabdu f’qabda kbira tad-droga f’Bormla ix-xahar li għadda.
Id-dettalji dwar l-arrest u t-tfittxijiet li segwew, ġew żvelati fil-Qorti nhar il-Ħamis hekk kif kompliet il-kumpilazzjoni tal-provi kontra Joseph Brignone ta’ 31 sena, u oħtu Annalize ta’ 34 sena, li qed tiffaċċja akkużi separati dwar pussess aggravat ta’ kokaina, kannabis u drogi psikotropiċi .
Ir-raġel qed jiġi akkużat ukoll bi traffikar ta’ droga, pussess ta’ armi tan-nar, immaniġġjar ta’ propjetà misruqa kif ukoll li sar reċidiv, filwaqt li ż-żewġ aħwa huma akkużati b’ħasil ta’ flus.
L-ispettur Mark Anthony Mercieca mill-iskwadra ta’ kontra d-droga spjega kif l-investigaturi ilhom jagħmlu għassa mill-qrib tas-suspettat tagħhom għal bosta ġimgħat, u nnotaw il-movimenti tiegħu hekk kif kien mar minn garaxx fil-Fgura għal ieħor f’Wied il-Għajn, u żar ukoll il-flat ta’ oħtu f’Bormla.
Ir-raġel, qal l-Ispettur saq diversi vetturi, fosthom Pajero, żewġ BMWs u Mercedes, waqt li nnota wkoll li Brignone xi kultant kien jitlaq minn karozza għall-oħra.
Il-vetturi, inklużi erba’ muturi, minn dakinhar ġew maqbuda mill-Pulizija. Uħud mill-karozzi ġew irreġistrati f’isem partijiet terzi, qalulha l-qorti. Meta l-Pulizija marru fuq is-suspettat tagħhom f’April, ir-raġel kien qed isuq Mitsubishi Shogun fi Triq il-Kottonera, Bormla u kien daħal f’żewġ karozzi tal-Pulizija fit-tentattiv tiegħu biex jaħrab.
Tfittxija fuq il-vettura wasslet biex instabu żewġ qratas kif ukoll pistola Beretta semi-awtomatika. Wara l-arrest tar-raġel, il-Pulizija li għamlu tfittxija fid-dar tiegħu f’Bormla, li kienet mgħammra b’kameras tas-CCTV, u hemm sabu imwieżen, crushers, skieken, munizzjon tal-airgun u cross-bow.
Il-Pulizija sabet ukoll ammont ta’ flus kontanti, sitt kambjali, kif ukoll erba’ notebooks li għandhom listi ta ’ismijiet u fit-tieni tfittxija, li seħħet fid-dar ta’ oħtu, spjega l-Ispettur Mercieca, instabu diversi drogi.
Uffiċjal ieħor tal-Pulizija li għen fit-tfittxija fid-dar tal-mara, xehed li aktar drogi u flus kontanti, kif ukoll ċirku tad-deheb, instabu ġewwa safe, li moħbi wara mera. Xi mediċini nstabu wkoll ġewwa trofew.
Il-Pulizija estendew ukoll it-tfittxijiet tagħhom għall-garaxxijiet tal-Fgura u ta’ Wied il-Għajn, li s-sidien tagħhom ġew imsejħa wkoll biex jagħtu x-xhieda tagħhom.
L-avukati difensuri Franco Debono u Marion Camilleri rringrazzjaw formalment lill-qorti, preseduta mill-maġistrat Neville Camilleri, talli ttrattaw l-urġenza tal-każ, wara li nstemgħu diversi xhieda u anke ġiet skedata seduta oħra l-ġimgħa d-dieħla, u dan minkejja x-xenarju “sensittiv u diffiċli” ppreżentat mill- Pandemija COVID-19. L-ispetturi Mark Anthony Mercieca u Eman Hayman mexxew il-Prosekuzzjoni.
//= $special ?>