15 TA’ MEJJU 2004
L-istaġun 2004/04 se jibqa’ fl-istorja tal-futbol Ingliż iżda wisq aktar fl-istorja ta’ Arsenal. Dan hekk kif il-Gunners rebħu l-kampjonat bla telfa wara 26 rebħa u 12-il draw. Arsenal għadhom sa issa l-uniku tim fl-era tal-Premier League li rebħu kampjonat bla telfa. It-tim immexxi minn Arsène Wenger aċċerta mir-rebħ tal-kampjonat meta huma ħadu vantaġġ mit-telfa ta’ Chelsea kontra Newcastle u kisbu draw ta’ 2-2 kontra Tottenham Hotspur f’White Hart Lane.
Minn dakinhar kien fadal erba’ logħbiet oħra u b’hekk l-għan tal-Gunners kien li jibqgħu mingħajr telfa. Huma kisbu draw ta’ 0-0 f’darhom kontra Birmingham u draw ta’ 1-1 barra minn darhom kontra Portsmouth. Fil-logħba ta’ qabel tal-aħħar rebħu fi Craven Cottage kontra Fulham 1-0 biex fl-aħħar logħba, dik li ntlagħbet bħal-lum 16-il sena ilu, rebħu 2-1 kontra Leicester f’Highbury.
Fil-klassifika finali, Arsenal spiċċaw b’90 punt, 11-il punt aktar minn Chelsea u 15-il punt aktar minn Manchester United. Thierry Henry spiċċa l-aqwa skorer tal-kampjonat bi 30 gowl. Dan hu l-aħħar kampjonat mirbuħ minn Arsenal sa issa.
//= $special ?>