Lokali

Argument f’San Ġwann iħalli Taljan bi ġrieħi gravi

Ritratt: Arkivji

Għall-ħabta tal-5.30pm, il-Pulizija tad-Distrett ta’ San Ġwann ġew imsejħa fi Triq is-Qasab, San Ġwann fejn kien seħħ arġument. Malli waslu fil-post sabu raġel Taljan ta’ 26 sena u residenti San Ġwann, li kellu xi ġrieħi.

Jirriżulta li ftit qabel kien seħħ arument bejn it-Taljan u raġel ta’ 61 residenti San Ġwann ukoll.

Allegatament, waqt l-imsemmi argument intuża turnavit. Peress li t-Taljan sofra xi ġrieħi, fil-post issejħet ambulanza li ħaditu l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

Il-Pulizija qed iżżomm lir-raġel ta’ 61 sena u qed tkompli bl-investigazzjonijiet tagħha.