Eks uffiċjal fid-Dipartiment tas-Sajd, u li għandu 60 sena, li kien ikkundannat erba’ snin ħabs mill-Qorti tal-Maġistrati fuq tixħim ta’ aktar minn €30,000 għad-dannu tal-istess dipartiment kellu s-sentenza tiegħu revokata għal waħda ta’ probation
Il-Qorti tal-Appell Kriminali qalet li l-fatt li Francis Caruana għandu ħajja stabbli u anke sab impjieg waqt il-proċeduri, u l-fatt li mhux beda jħallas is-somma ffrodata lid-Dipartiment tas-Sajd u l-Akkwakultura.
L-Imħallef Consuelo Scerri Herrera li quddiema nstema’ l-każ qalet li jekk Caruana jintbagħat il-ħabs, mhuwiex se jkun ta’ għajnuna sabiex titħallas multa li kienet inflitta fuqu mill-Ewwel Qorti. Ittieħdet ukoll il-kunsiderazzjoni li Caruana mhux biss ammetta iżda anke għandu kondotta nadifa u huwa bniedem tal-familja.
Il-każ imur lura għall-2014 meta Caruana, li ħadem fid-Dipartiment tas-Sajd u l-Akkwakultura, kien akkużat b’approprjazzjoni ta’ flus tal-Gvern u li permezz tal-pożizzjoni tiegħu, ħa vantaġġ personali fuq karti ta’ kreditu u dokumenti tad-dipartiment, u dan għad-detriment ta’ persuni u entitajiet. konnessi mas-sajd.
Fil-Qorti ħareġ li Caruana ħasel madwar €32,000 u li huwa approprja għall-profitt personali tiegħu jew għal persuni oħra, is-somma ta’ aktar minn €2,329 għad-danna tal-Gvern. Caruana kien uża ismijiet u kwalifiki foloz, u kkorrompa persuni b’ rigali, flus u wegħdi.
Il-Qorti tal-Appell preseduta mill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera li studjat il-każ sal-lanqas dettal qalet li hi tal-fehma li kollox jindika li Caruana jinsab fit-triq it-tajba u qiegħed jagħmel l-isforzi meħtiega biex iżomm in linja mar-responsabbiltajiet tiegħu.
Is-socjetà għalhekk ma tistax tiġi protetta billi dan jispiċċa l-ħabs għall-iżball tiegħu iżda billi bl-għajnuna ta’uffiċjal tal-probation, ikompli jirresponsabbilizza ruħu, u dan anke billi jaghmel il-pagamenti opportuni lill-vittmi tiegħu.
Dan ukoll billi jrodd xi haġa lis-socjeta permezz ta’ servizz fil-komunità. Ghalhekk huwa l-każ illi, minbarra ordni ta’ kumpens, huwa għandu jitqiegħed taħt ordni ta’ probation u servizz sabiex ikun hemm ammont ta’ superviżjoni minn uffiċjal tal-probation filwaqt li permezz tal-ħidma tiegħu, ikun qiegħed irodd lis-soċjeta dak is-sodisfazzjon li hija tippretendi li għandu jkollha.
Il-Qorti tal-Appell qalet ukoll li mhix konvinta li jekk l-imputat jerga jiġi kundannat għal piena karċerarja fuq reati li huwa ammetta għalihom u li seħħew aktar minn sitt snin ilu, sejjer ikun qieghed imur għall-ahjar f’ħajtu.
Id-difiża preseduta mill-Avukati Franco Debono u Amadeus Cachia filwaqt li tenniet li Caruana vera zbalja, imma tgħallem mill-iżball u huwa bniedem tal-familja qalet ukoll li għalkemm kienu għaddejin trattativi sabiex huwa jħallas l-ammont iffrodat, u li anke saru anke laqgħat f’dan ir-rigward.
Dan ma bediex iseħħ propju għax id-Direttur tad-Dipartiment fiż-żmien li kien se jintlaħaq tip ta’ ftehim, anke in vista tax-xhieda tagħha fejn saħqet li Caruana nnifsu kellu wkoll jieħu lura xi fondi minħabba x-xogħol ta’ sahra li kien għamel.
Ingħad li l-fatt li l-persuna ma baqgħetx Direttur u ghalhekk ma kien hemm ħadd ma’ min Caruana seta’ jkompli għaddej bit-trattativi tiegħu biex huwa jrodd lura sa l-anqas ċenteżmu l-flus iffrodati. Sadanittant ittieħdet ukoll il-kunsiderazzjoni li Caruana huwa first time offender.
Fir-rigward tal-aspett tax-xogħol jirriżulta li mis-sena 1975 sal-lum il-ġurnata Francis Caruana kellu xoghol regolarizzat. Fil-preżent qiegħed jaħdem bħala xufier, wara li kien gie sospiż b’nofs paga mid-Dipartiment tal-Gvern li kien jaħdem miegħu minhabba dawn il-proceduri.
Minn dak li ħareġ fil-Qorti jirriżulta li huwa għandu sapport mill-mara tiegħu kif ukoll mit-tfal tiegħu. Mill-informazzjoni miġbura Francis Caruana għandu rispett kbir lejn il-familja tiegħu.
Il-Qorti qalet li dwar ir-reati ta’ money laundering qiegħda tikkonferma l-multa imposta mill-Ewwel Qorti dik ta’ €63,000, iżda l-piena ta’ erba’ snin ħabs mhijiex se tidħol fis-seħħ. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Anne Marie Xuereb.
.
//= $special ?>