Fl-aħħar ħin, in-Nunzjatura Appostolika bagħtet tliet ismijiet ta’ saċerdoti biex minnhom jintagħżel min se jkun qed jieħu post Monsinjur Mario Grech.
L-aħbar li Monsinjur Mario Grech ma kienx se jibqa’ Isqof tad-djoċesi t’Għawdex ħarġet f’Ottubru li għadda. Dan hekk kif hu ġie msejjaħ biex ikompli bil-ħidma tiegħu f’Ruma fejn ingħata kariga fil-Vatikan.
Filfatt, Mons. Grech issa qed iservi fis-Segreterija tas-Sinodu fil-Vatikan għalkemm sa issa dan għadu qed jagħmlu minn Għawdex. Fix-xhur li ġejjin hu mistenni jieħu postu fil-Vatikan.
It-tlett ismijiet li ntbagħtu minn Nunzjatura x’aktarx li huma ta’ Saċerdoti li jew huma mill-gżira Għawdxija jew li servew f’Għawdex għal xi żmien.
//= $special ?>