“Hemm familji li sa 8 ġimgħat ilu kienu familji komdi u jippjanaw ħajjithom u illum sfortunatament għandhom diffikultajiet finanzjarji serji”.
Hekk sostniet l-President Emeritus Marie Louise Coleiro Preca f’isem il-Malta Foundation for the Wellbeing of Society waqt diskussjoni virtwali organizzata minn National Centre for Family Research f’okkażjoni tal-Jum Dinji għall-Familja.
Marie Louise Coleiro Preca saħqet li dawn il-familji spiċċaw f’din il-qagħda kritika kemm minħabba għaliex tilfu xogħolhom kif ukoll minħabba sfidi oħra li ġabet din il-kriżi pandemika. Hija sostniet li fis-soċjetà Maltija jeżistu d-differenzi fil-kwalità tal-ħajja u saħqet li d-definizzjoni tal-faqar illum f’pajjiżna hija aktar wiesa milli qatt xi darba kienet.
Il-President Emeritus faħħret l-ħidma tal-NCFR fejn saħqet li l-inizjattiva ta’ dan iċ-ċentru nazzjonali huwa tassew f’waqtu.
//= $special ?>