Internazzjonali Mużika

Imut il-kompożitur Ezio Bosso

Ezio Bosso

Tħabbret il-mewt ta’ Ezio Bosso, kompożitur Taljan meqjus fost l-iktar influwenti fl-era moderna. Hu miet dalgħodu fid-dar tiegħu f’Bologna minħabba kumplikazzjonijiet marbuta mal-kundizzjoni tiegħu. Hu kellu 48 sena.

Bosso beda jitgħallem il-mużika sa minn eta żgħira ħafna u beda l-karriera b’mużika pop. Iżda imbagħad abbanduna dan il-ġeneru u iffoka fuq il-kompożizzjoni ta’ mużika klassika u bħala kunduttur ta’ orkestri.

Fl-2016 hu kien mistieden fil-Festival ta’ Sanremo fejn seraq ix-xena u kien meqjus bħala l-aqwa mument tal-Festival.

F’Settembru li għadda, Bosso ħabbar li l-kundizzjoni tiegħu kompliet taħkem iktar, tant li ma setax ikompli jdoqq.