Nittamaw li r-ristoranti jiftħu ma jdumux, dejjem skont l-andament tal-imxija tal-pandemija. Hekk sostna l-President tal-Assocjazzjoni tal-Catering Establishments, Matthew Pace f’intervista ma’ Net News fejn saħaq li wara xahrejn magħluqa ir-ristornati jaspiraw li jiftħu l-bibien tagħhom bħall-bqija tal-hwienet tal-hwejjeg.
Madanakollu Pace sostna li ġaladarba jitħallew jerġgħu joperaw mill-ġdid jinsab dubjuż kemm l-affarijiet ser jirritornaw għan-normal kif konna mdorrijin qabel.
Matthew Pace saħaq li filwaqt li kulħadd irid jerġa’ jibda jdawwar ir-rota ekonomika tiegħu, għall-bidu ser ikun diffiċli, ankè fid-dawl tal-inċertezza dwar kemm ser iddum is-solidarjetà minn naha tas-sidien tal-kera tan-negozji meta jinfetħu l-bibien.
Matthew Pace stqarr li l-ħlas tal-kera taf isservi ta’ katalist għal kriżi akbar.
Il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Catering irringrazzja lill-frontliners kollha li ta’ kuljum qed jissalvagwardaw saħħet il-poplu filwaqt li ħeġġeġ lin-negozji sabiex jiqbgħu pożittivi.
//= $special ?>