Sport Sport Ieħor

It-Tour tal-ATP sospiż sal-aħħar ta’ Lulju

(Ritratt: EPA)

Is-sospensjoni tal-ATP Tour minħabba l-pandemija tal-coronavirus ġiet estiża sal-31 ta’ Lulju. L-avvenimenti tal-ATP f’Hamburg, Bastad, Newport, Los Cabos, Gstaad, Umag, Atlanta u Kitzbuhel mhux se jsir kif ippjanat. Aġġornament ieħor dwar kompetizzjonijiet wara Awwissu mistenni jingħata f’nofs Ġunju.

Fi stqarrija, id-WTA qalet li se tieħu deċiżjoni dwar l-avvenimenti f’Karlsruhe u Palermo x-xahar id-dieħel. Il-Federazzjoni Internazzjonali tat-Tennis qalet li l-avvenimenti kollha se jkunu sospiżi.

Iżda din id-deċiżjoni mhux se tħalli effett fuq il-Grand Slams, hekk kif Wimbledon diġà ġie kkanċellat, l-Open tal-Istati Uniti hu skedat li jibda fl-24 ta’ Awwissu u l-Open ta’ Franza ġie pospost u mistenni jibda fl-20 ta’ Settembru.

Tags