L-Awstraljani f’Sydney u f’partijiet oħra ta’ New South Wales mil-lum bdew iduqu xi tfisser ir-realtà l-ġdida tal-ħajja fl-era tal-Coronavirus. Dan hekk kif minn dalgħodu fetħu ħwienet, pubs, kafetteriji u ristoranti; ilkoll b’osservanza sħiħa tar-regoli marbuta mad-distanza soċjali.
L-istat ta’ New South Wales kellu l-akbar numru ta’ każijiet ta’ Covid-19 fl-Awstralja.
Bħalissa Sydney tinsab f’Livell 2 tal-lockdown.
Il-Prim Ministru Scott Morrison jemmen li dalwaqt se jkun permess l-ivjaġġar bejn it-territorji varji ta’ dan il-kontinent. It-turiżmu minn barra se jinżamm magħluq.
L-Awstralja ukoll qed tħoss id-daqqa ekonomika ta’ din il-pandemija, biċ-ċifri tal-qgħad għal April juru żieda ta’ 600,000 persuna bla impjieg.
//= $special ?>