Lokali

Jum ta’ ferħ u ċelebrazzjoni f’residenza tal-anzjani

Illum kien jum speċjali ferm fir-residenza Dar Pinto hekk kif wieħed mir-residenti tagħha għalaq il-mitt sena tiegħu.

Ir-residenti anzjani f’din id-dar iċċelebraw flimkien ma’ George Debattista din l-okkażjoni tant speċjali.

Il-ferħ fil-qsim ta’ dan il-jum kien evidenti fuq l-uċuħ tar-residenti li ċċelebraw flimkien mal-carers tagħhom.