It-tliet darbiet rebbieħ tal-Moto GP Jorge Lorenzo, mhux se jkollu ċ-ċans li jirritorna jtellaq, wara li l-organizzaturi rrifjutaw wildcards minħabba l-pandemija tal-coronavirus. Yamaha kienu qed jippjanaw li l-eks champion tal-Moto GP, itellaq fil-Grand Prix ta’ Katalunja, iżda din it-tellieqa hi waħda minn ħafna li ġew posposti. Lorenzo li għandu 33 sena, iffirma ma’ Yamaha bħala sewwieq ta’ riserva f’Jannar li għadda.
L-istaġun tal-Moto GP għadu jrid jibda iżda hemm tama li jsiru żewġ tlielaq f’Lulju mingħajr spettaturi, fiċ-ċirkwit ta’ Jerez fin-nofsinhar ta’ Spanja. Fi stqarrija, il-Moto GP qalet li hu neċessarju li n-numru ta’ parteċipanti jinżamm l-anqas possibbli. F’dawn it-tlielaq ippjanati fi Spanja, hu mistenni li jkun hemm madwar 1,600 persuna nvoluta.
//= $special ?>