“Hemm bżonn li l-Gvern irid iżid l-għajnuna”
Fl-aħħar xhur l-industrija Marittima u tal-Loġistika f’pajjiżna qed tħabbat wiċċha ma’ sfidi kbar – primarjament kawża tar-restrizzjonijiet fl-operazzjonijiet fil-portijijet.
Hekk sostniet il-Kamra tal-Kummerċ fejn spjegat li waqfet taskforce li minn stħarriġ kkonkludiet li l-akbar sfida persistenti li l-industrija qed tħabbat wiċċha magħha, u mistennija tippersisti fis-snin li ġejjin, hija sabiex jiġi bilanċjat it-telf fid-dħul vis à vis li l-impjiegi tal-ħaddiema jibqgħu siguri.
Huma saħqu li konsegwenza ta’ dan, t-tkeċċijiet tal-impjegati ser ikun proċess iebes ħafna.
Il-parteċipanti f’dan l-istħarriġ saħqu li qed jikkalkulaw li nofs il-ħaddiema f’dan is-settur qed jirriskjaw li jispiċċaw bla xogħol kawża ta’ din il-kriżi u għaldaqstant hemm bżonn żieda qawwija fl-għajnuna tal-Gvern Malti.
//= $special ?>