Il-linja tal-ajru Ryanair ikkonfermat li mal-250 persuna tilfu l-impjieg tagħhom minn Dublin, Stansted, Madrid u Wroclaw kawża tal-kriżi pandemika li l-Ewropa spiċċat tħabbat wiċċha magħha.
Dawn is-sensji waslu fuq bażi ta’ tmiem il-fażi ta’ probation jew kuntratti, kif ukoll riżenji u sensji hekk kif skont il-linja tal-ajru dawn il-persuni m’hemmx bżonn li jidħlu lura għax-xogħol fl-1 ta’ Ġunju, meta l-uffiċini tal-kumpanija jerġgħu jiftħu biebhom.
Dan kollu tħabbar mid-direttur Darrell Hughes wara li l-linja tal-ajru spjegat li minn Lulju 2020 ser tkun qed tibda topera 40% tat-titjiriet tagħha. Għal din is-sena, Ryanair qed tbassar li ser tirreġistra 100miljun passiġġier inqas mis-sena preċedenti.
Hughes saħaq li sal-aħħar ta’ Mejju, madwar l-Ewropa, il-kumpanija mistennija tħabbar sa 3,000 sensja oħra kif ukoll tnaqqis ta’ 20% fil-pagi tal-ħaddiema li ser ikunu qed iżommu l-impjieg tagħhom.
//= $special ?>