16 TA’ MEJJU 1987
Bħal-lum 33 sena ilu f’Monaco, Malta kisbet l-ewwel midalja tad-deheb fl-istorja tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar. Fl-ewwel edizzjoni li saret sentejn qabel f’San Marino, Malta kienet kisbet midalja tal-bronż. Din il-midalja importanti waslet mit-tennis, bil-koppja Maltija Helen Asciak u Carol Curmi jegħlbu lill-koppja mil-Lussemburgu Ksbhwendt u Huberty. Parti kbira mill-kontinġent Malti segwew din il-partita.
Il-koppja Maltija rebħet l-ewwel set 6-3 u kellha vantaġġ ta’ 5-3 fit-tieni set. L-avversarji naqqsu d-distakk meta rebħu s-servizz tal-Maltin iżda Asciak u Curmi rebħu l-logħba ta’ wara biex għalqu l-logħba għal rebħa ta’ 6-4, 6-4. Dakinhar filgħodu, Asciak u Curmi kienu tilfu s-semifinali fil-kompetizzjoni individwali. Biex jonoraw il-logħba, lagħbu b’mod informali kontra xulxin u qasmu l-unur tal-midalja tal-bronż bejniethom.
//= $special ?>