Ambjent Internazzjonali

80% tal-bejtiet instabu mibnija b’biċċiet tal-plastik

Minn stħarriġ li sar fl-aħħar jiem, f’aktar minn 1,500 bejta fuq il-gżira Lady Isle fl-Iskozja, inħareġ li 80% minnhom instabu bil-biċċiet tal-plastik.

Riċerkaturi mill-Università ta’ Glasgow jemmnu li d-differenza fil-kobor tal-bejtiet, li jużaw il-plastik, x’aktarx jirriżulta fl-imġieba differenti tal-mod kif tinbena l-bejta.

Ix-xjentisti qalu li l-plastik fil-maġġoranza tiegħu nġabar mill-baħar fejn hemmhekk l-għasafar ġabru l-biċċiet biex jagħmlu l-bejta tagħhom.