Lokali Mużika

Destiny se tirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision 2021

Il-kantanta Destiny se tkun qed tirrappreżenta lil pajjiżna fil-Eurovision Song Contest tas-sena d-dieħla. Dan hekk kif din is-sena dan l-ispettaklu ta’ mużika kellu jitħassar minħabba t-tixrid tal-coronavirus.

Ftit tal-minuti ilu, kienet l-istess kantanta li f’post fuq il-media soċjali wasslet din l-informazzjoni.

Hija rringrazzjat lill-pubblika tas-sapport li dejjem ta, filwaqt li qalet li tinsab kuntenta immens li s-sena d-dieħla se tkun l-ambaxxatriċi ta’ Malta f’dan il-festival.