Lokali

FILMAT: Ħama li qed tintefa’ f’għalqa fil-Gżira qed toħloq inkonvenjent

Net News irċieva numru ta’ messaġġi dwar ħama li qed tintefa’ f’għalqa qrib binja residenzjali fil-Gżira.

Minn kuntatt li għamilna sirna nafu li sa anki l-Kunsill Lokali tal-Gżira ma kienx jaf b’dak li kien għaddej, hekk kif il-ħama jidher li qed tittella’ minn mina li tinsab bejn ir-Rabat u Ta’ Xbiex.

Residenti li tkellmu magħna qalulna li minn mindu bdiet tintefa’ din il-ħama, fiz-zona żdiedu l-insetti, inkluż id-dbieben u n-nemus.

Numru ta’ Gżirjani qalulna li fl-aħħar snin, il-Gvern kien wiegħed li din l-għalqa kienet se ssir ġnien, imbagħad l-idea inbiddlet biex l-għalqa kellha ssir zona ta’ parkeġġ. Dawn il-proposti iżda kollha baqgħu fuq l-ixkaffa.