Lokali

Il-bajjiet mimlija familji u żgħażagħ

Minkejja l-appelli tas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika biex kemm jista’ jkun noħorġu biss għall-bżonn, matul il-Jum tas-Sibt kienu diversi dawk li marru ġurnata fejn il-baħar minħabba li t-temp kien wieħed sajfi.

Filfatt, ammont konsiderevoli ta’ nies għażlu li jgawdu t-temp xemxi li hawn fuq il-ġżejjer Maltin bħalissa billi jmorru kontra l-appelli tal-Awtoritajiet tas-Saħħa u joħorġu fi gruppi ta’ aktar minn erba’ mingħajr id-distanza soċjali

Mhux ċert jekk dawn il-persuni jgħixux taħt l-istess saqaf u għalhekk ikunu jistgħu joqgħodu fi grupp ta’ dak l-ammont iżda l-avviż legali jgħid li kull persuna li tkun fi grupp ta’ aktar minn erba’ tingħata multa ta’ 100 ewro.

Minn naħa l-oħra, minkejja li diversi ħwienet u negozji reġgħu fetħu, il-preżenza ta’ nies fi ħwienet u stabbilimenti kienet waħda minima.