Lokali

“Il-flus għandhom jintroddu lura lin-nies”

L-investigazzjoni dwar il-mod kif intużaw fondi pubbliċi minn numru ta’ Ministri u Segretarji Parlamentari għandha “tingħata prijorità”. Dan qalu l-avukat Joe Giglio waqt il-programm Net Live meta din il-ġimgħa kien qiegħed ikun intervistat minn Robert Cremona, b’enfasi fuq ir-rapport mahrug mill-Kummissarju George Hyzler.

Hu kien qiegħed jirreferi għal dak li għamel il-Kap tal-PN Adrian Delia illi fl-aħħar jiem kiteb lill-Awditur Ġenerali biex l-investigazzjoni li qed issir minnu tingħata prijorità, bil-għan li l-poplu jitħallas lura l-mijiet ta’ eluf ta’ ewro f’fondi pubbliċi li b’mod abbużiv intefqu minn Ministri u Segretarji Parlamentari għall-interessi personali u partiġġjani tagħhom, biex issir propaganda fuq Facebook.

Il-PN talab ukoll biex il-Pulizija tinvestiga dan il-każ bla ma tħares lejn wiċċ ħadd