Lokali Qorti

Il-Kamra tal-Avukati titlob biex il-Qorti jkollu smigħ virtwali anke wara l-COVID-19

“Il-pandemija tal-COVID-19 enfasizzat il-ħtieġa li nkunu ppreparati għall-użu ta’ smigħ remot kull meta jkun possibbli.” – Hekk sostniet il-Kamra tal-Avukati f’dokument dettaljat li ħarġet fejn qed tagħmel l-argumenti għal smigħ virtwali jew bogħod mill-qrati bħala l-għażla ppreferuta u bħala l-alternattiva ta’ mingħajr riskju biex il-qrati iffunzjonaw fi żmien ta’ pandemija, u possibbilment fil-futur.

Il-Kamra tal-Avukati f’dokument datat l-1 ta ’April 2020 kienet għamlet proposti ta’ livell għoli fir-rigward tax-xogħol lil hin mill-qrati f’xenarju affettwat severament mill-għeluq tal-qrati tal-ġustizzja minħabba l-pandemija COVID-19. Il-Kamra qed tirrikonoxxi li s-sitwazzjoni qed tevolvi kuljum u mill-pubblikazzjoni ta’ dak ir-rapport, diġà kien hemm żviluppi.

F’dokument dettaljat il-Kamra saħqet li hemm sfidi sinifikanti li jeħtieġ li jiġu indirizzati qabel il-qrati jkunu jistgħu jerġgħu jinfetħu għal seduti fiżiċi kif konna nafuhom s’issa. “M’għandniex nipprevedu u jeħtieġ li kwalunkwe riskju jkun eliminat biex is-saħħa ta’ dawk fil-qrati tiġi ssalvagwardjata.” kompliet tgħid il-Kamra tal-Avukati.

Huma saħqu li hemm numru ta’ fatturi li huma kritiċi fit-tfassil tar-ritorn tal-ħidma tal-qrati tal-ġustizzja għan-normalità, kriti1i għaliex in-numru ta’ nies li jattendu l-bini tal-qorti f’ġurnata tipika huma ħafna u dan joħloċ riskju fuq il-pajjiż kollu.

Id-dokument maħruġ mill-Kamra tal-Avukati, jenfasizza l-isfidi tal-ftuħ mill-ġdid tal-qorti għal smigħ fiżiku fi żmien qasir u jevalwa l-alternattiva offruta mit-teknoloġija moderna f’dawk l-okkażjonijiet li ma jeħtiġux preżenza fiżika fil-qorti għat-tħaddim xieraq tas-sistema, f’xi każijiet billi tadatta il-prattiki tax-xogħol.

Fil-konklużjoni tiegħu, dan id-dokument jisħaq, li għal kull min irid ikun realistiku, u fuq il-bażi tal-evidenza medika disponibbli, il-ftuħ mill-ġdid tal-qrati tal-ġustizzja biex ikunu jistgħu jiffunzjonaw bl-istess mod kif kien qabel il-COVID-19, huwa prospett ta’ qtigħ il-qalb.

Huma ddikjaraw li l-avukati għandhom ikollom assigurazzjoni li s-saħħa tagħhom se tkun salvagwardjata għal kollox jekk il-qrati kellhom jerġgħu jinfetħu dalwaqt. L-Awla se jkollha tinsisti fuq valutazzjoni tar-riskju dettaljata tal-bini tal-qorti, is-swali individwali u l-kmamar tal-qorti qabel ma l-avukati jmorru lura għax-xogħol normali tagħhom fil-qorti. Il-Kamra tal-avukati stqarru li huma għandhom jiġu kkonsultati fil-proċess ta’ din il-valutazzjoni tar-riskju. 

Madankollu, fix-xenarju attwali, il-Kamra temmen li hemm alternattiva li ta’ riskju żero għas-saħħa tal-partijiet interessati kollha u li tippermetti lill-qrati jiffunzjonaw. Din hija l-għażla ta’ smigħ virtwali, li jekk jiġi żviluppat aktar jista’ wkoll iġib benefiċċji fit-tul għall-effiċjenza tas-sistema.

Il-Kamra hija tal-fehma li COVID-19 ħolqot sfidi sinifikanti fil-ħajja soċjali u ekonomika ta’ Malta. “Irridu nkunu kapaċi nidentifikaw l-opportunitajiet li ħolqot l-imxija tal-COVID-19” kompliet tgħid il-Kamra tal-Avukati.

Huma sostnew li dan jinvolvi bidla sinifikanti għall-prattiki tax-xogħol li ilhom fis-seħħ snin twal, li ħafna minnhom, kieku wieħed kien sempliċement jiffoka fuqhom, verament hemm bżonn li jinbidlu xorta għaliex f’soċjetà tas-seklu 21 huma sempliċement skaduti u m’għadhomx tajbin għal skop. Il-bidla ġġib magħha sfidi ġodda; u huwa naturali li r-reazzjoni istintiva tkun li tirreżisti l-bidla. Issa għandna bżonn nitgħallmu mill-esperjenza u kuraġġużi biżżejjed biex nieħdu l-passi li jmiss u nevolvu, kompla jgħid id-dokument maħruġ mill-Kamra tal-Avukati.

“Il-professjoni legali hija ppreparata biex tiffaċċja l-isfida u biex tikkoopera bil-għan li tippermetti l-funzjonament mill-bogħod tal-qrati tagħna.” temmet tgħid il-Kamra tal-Avukati