Coronavirus Internazzjonali Saħħa

Il-każi pożittivi fl-Italja jkomplu neżlin

Wara ġimgħat ta' qtiegħ il-qalb... it-Taljani jkomplu jieħdu ftit tan-nifs

Għal ġurnata oħra, il-każi pożittivi ġodda fl-Italja komplew neżlin. Dan hekk kif fl-aħħar 24 siegħa kien hemm żieda ta’ 875 każ ġdid.

In-numru ta’ mwiet żied b’150 vittma, biex b’hekk issa t-total jitla’ għal 31,763. Il-każi attivi għall-COVID-19 issa jlaħħaq is-70,187.