Il-Professur Ian Refalo nħatar bħala President tal-Kulleġġ Malti tax-Xjenza, Arti u Teknoloġija (MCAST). Dan ġie mħabbar permezz ta’ stqarrija li ntbagħtet dwar it-tmexxija tal-MCAST.
Il-Professur Refalo huwa Professur tal-Liġi Pubblika u serva għal diversi snin bħala Dekan tal-Fakultà tal-Liġi fl-Università ta’ Malta. Huwa jokkupa l-pożizzjoni ta’ Professur Ad Personam Jean Monnet fl-Università ta’ Malta. Huwa meqjus bħala awtorità fil-liġi amministrattiva u pubblika u ppratika bħala avukat għal iktar minn 40 sena.
Huwa ħadem ukoll bħala avukat quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja.
Fl-istqarrija ingħata radd il-ħajr lis-Sur Frederick Schembri li serva għal sentejn bħala President tal-MCAST u lill-Professur Mark Borg, il-Viċi-President attwali, li serva bħala Aġent President fl-aħħar jiem.
//= $special ?>