Lokali

Kommossjoni fil-Kalkara wara li l-Pulizija marru jferrxu gruppi ta’ nies

Għadd ta’ uffiċjali tal-Pulizija tard illejla ssejħu fiz-zona tar-Rinella, fil-Kalkara.

Sorsi li tkellmu ma’ Netnews.com.mt qalu li numru ta’ karozzi tal-Pulizija waslu fil-post ftit qabel l-10pm wara rapporti li kien hemm gruppi ta’ nies ħdejn il-baħar.

Dan is-sit hu infurmat li malli n-nies raw il-Pulizija qamet xi ftit tal-kommossjoni. Iżda s-sitwazzjoni nżammet taħt kontroll.

Skont l-Avviż Legali maħruġ minħabba l-Covid-19, mhux permess li f’dan iż-żmien ikun hemm ġemgħat ta’ nies.