Għawdex Knisja Kultura Lokali

Kontroversja ġdida dwar il-festi f’Għawdex

Ritratt: Martin Agius

L-Għaqda Każini tal-Banda qed tinsisti illi kemm il-darba huwa maħsub mill-Awtoritajiet tal-Knisja f’Għawdex li jsiru manifestazzjonijiet ridotti fuq barra (skont il-permess li jingħata mill-awtoritajiet tas-saħħa), il-baned għandhom jieħdu sehem u mhux jinkiteb li m’għandux ikun hemm baned.

Dan intqal fi stqarrija b’reazzjoni għal dak li qalet id-Djoċesi Għawdxija ftit tal-ġranet ilu.

L-Għaqda Każini tal-Banda qalet illi se tibqa’ tkun miftuħa għad-djalogu u se tibqa’ timxi malistruzzjonijiet kollha li jingħataw mill-Awtoritajiet tas-saħħa kemm il-darba jibqa’ jkun hemm direzzjoni li attivitajiet tal-massa ma jsirux iżda ma tistax taqbel ma’ impożizzjonijiet li jagħmlu aktar ħsara milli ġid.