Coronavirus Internazzjonali

L-Italja se terħi l-miżuri tal-ivjaġġar

Il-pajjiż ġar tagħna se jkun qiegħed jerħi aktar miżuri hekk kif il-Gvern Taljan iffirma digriet li mit-3 ta’ Ġunju t-Taljani se jkunu jistgħu jivvjaġaw minn reġjun għal ieħor u kif ukoll mill-Italja lejn pajjiżi oħra.

Din l-aħbar tkompli ma’ dik ta’ ġimgħat ilu meta ġie mħabbar li l-ħwienet u r-ristoranti se jkunu jistgħu jiftħu mit-Tnejn li ġej. Dan se jsir taħt miżuri ta’ distanza soċjali.

L-Italja sa issa kellha ‘l fuq minn 31,000 vittma b’kawża tal-Coronavirus, b’uħud xorta waħda għadhom imħassba dwar jekk dawn il-passi hux se jittieħdu malajr wisq.

Fl-aħħar jiem l-Italja rat kważi 2000 każ ġdid u ‘l fuq minn 500 mewta.